Navigation

  • Skip to Content
EUMOFA
Osservatorju Ewropew tas-Suq tal-
Prodotti tas-Sajd u tal-Akkwakultura
  • Min aħna
  • GĦAJNUNA
IDĦOL
Add Picture to Documents and Media Library in Liferay Seven
  1. EUMOFA
  2. Il-prospett tas-suq tal-UE
Il-prospett tas-suq tal-UE Dejta Studji u rapport
  • Austria
  • Belgium
  • Bulgaria
  • Croatia
  • Cyprus
  • Czech Republic
  • Denmark
  • Estonia
  • France
  • Finland
  • Germany
  • Greece
  • Hungary
  • Ireland
  • Italy
  • Latvia
  • Lithuania
  • Luxembourg
  • Malta
  • Netherlands
  • Poland
  • Portugal
  • Romania
  • Slovakia
  • Slovenia
  • Spain
  • Sweden
  • Is-suq tal-ħut tal-UE
  • Profili tal-pajjiżi
  • Profili tal-ispeċiijiet
  • Links utli

Prospett tas-Suq tal-UE

Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni strutturali u analiżi tal-industrija Ewropea tas-sajd u tal-akkwakultura kollha, fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, ippreżentata permezz ta’ “profili” apposta. Hija proposta wkoll lista ta’ links utli.

Ikklikkja fuq il-buttuni tax-xellug għal aktar dettalji.

Is-suq tal-ħut tal-UE

 

 

Figuri ewlenin fil-livell tal-UE

   

L-UE hija suq dinji ewlieni għall-ħut u għall-frott tal-baħar: fl-2020 il-konsum apparenti tiegħu ammonta għal 10,41 miljun tunnellata (piż ħaj) li jikkorrispondu għal madwar 23 kg per capita (piż ħaj). Il-konsum, madankollu, ivarja ħafna madwar l-UE, minn 58 kg/per capita (piż ħaj) fil-Portugall, sa 6 kg/per capita (piż ħaj) fiċ-Ċekja. In-nefqa annwali għax-xiri ta’ frott tal-baħar mid-djar tal-UE tammonta għal aktar minn EUR 130 per capita, li hija kwart l-ammont li jiġi minfuq għal-laħam.

Il-prodotti prinċipali kkonsmati huma tonn (l-aktar fil-laned), salamun, merluzz, pollakkju tal-Alaska, garneles, maskli, marlozz u aringi.

Id-domanda interna tal-frott tal-baħar fl-UE tintlaħaq l-aktar permezz ta’ importazzjonijiet, peress li dawn ikopru madwar 70% tal-provvista totali. l-aktar prodotti importati huma salamun, merluzz, tonn, pollakkju tal-Alaska, laħam tal-ħut u garneles. Min-naħa l-oħra, kważi 20% tal-provvista tal-UE tiġi esportata. Il-prodotti ewlenin esportati huma aringi, kavalli, stokkafixx, tonn, laħam tal-ħut u żejt tal-ħut.

L-UE hija s-seba' l-akbar produttur fid-dinja tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, li fl-2020 kopriet madwar 2% tal-produzzjoni globali (4% għall-qabdiet u 1 % għall-akkwakultura).

 

Il-Profili tal-pajjiżi jipprovdu analiżi tal-katina tal-provvista tas-sajd u tal-akkwakultura f’kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Ġiet irrappurtata dejta kwantitattiva u kwalitattiva aġġornata, li tidentifika l-ispeċijiet ewlenin li ġew żbarkati, imrobbija u mibjugħa u l-attitudnijiet ewlenin tal-konsumaturi f’kull pajjiż. Ikklikja fuq il-pajjiżi fuq il-mappa jew l-ismijiet tal-pajjiżi fuq il-lemin biex issir taf aktar.

  • Awstrija  EN  DE
  • Il-Belġju  EN  FR
  • Il-Bulgarija  EN  BG
  • Kroazja  EN  HR
  • Ċipru  EN  EL
  • Repubblika Ċeka  EN  CS
  • Id-Danimarka  EN  DA
  • L-Estonja  EN  ET
  • Finlandja  EN  FI
  • Franza  EN  FR
  • Il-Ġermanja  EN  DE
  • Il-Greċja  EN  EL
  • Ungerija  EN  HU
  • Irlanda  EN  GA
  • L-Italja  EN  IT
  • Latvja  EN  LV
  • Litwanja  EN  LT
  • Lussemburgu  EN  FR
  • Malta  EN  MT
  • Olanda  EN  NL
  • Polonja  EN  PL
  • Portugall  EN  PT
  • Rumanija  EN  RO
  • Slovakkja  EN  SK
  • Slovenja  EN  SL
  • Spanja  EN  ES
  • L-Isvezja  EN  SV

Id-deżinjazzjonijiet użati u l-preżentazzjoni ta’ materjal f'din il-mappa ma jimplikawx l-espressjoni ta’ kwalunkwe opinjoni tkun xi tkun min-naħa tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-istatus legali ta’ kwalunkwe pajjiż, territorju, belt jew żona jew l-awtoritajiet tiegħu/tagħha, jew li tikkonċerna d-delimitazzjoni ta’ fruntieri jew il-fruntieri tiegħu/tagħha.

Il-profili tal-Ispeċijiet jipprovdu informazzjoni u dejta tas-suq ewlieni tul il-katina tal-provvista dwar l-iktar speċijiet importanti għas-suq tal-UE. Jiġu rrappurtati denominazzjonijiet kummerċjali, deskrizzjonijiet tal-ispeċijiet u informazzjoni kwalitattiva oħra, flimkien ma' dejta aġġornata dwar il-produzzjoni (sajd u akkwakultura), il-kummerċ u l-konsum.

Ikklikkja fuq l-ispeċijiet ta’ hawn taħt biex issir taf iktar.

 

Pollakkju tal-Alaska

(THERAGRA CHALCOGRAMMA)

Bakkaljaw

(GADUS MORHUA)

Salamun

(SALMO SALAR)

Merluzz

(MERLUCcIUS MERLUCcIUS)

Awrat

(SPARUS AURATA)

Aringi

(CLUPEA HARENGUS)

Moxt tal-baħar komuni

(PECTEN MAXIMUS)

Awwista, tan-Norveġja

(NEPHROPS NORVEGIUS)

Maskli Mytilus spp. 

(MYTILUS EDULIS – MYTILUS GALLOPROVINCIALIS)

Gajdra

(OSTREIDAE)

Tonn, alonga

(THUNNUS ALALUNGA)

Spnott

(DICENTRARCHUS LABRAX)

Gambli, tal-ilma ħelu

(CRANGON CRANGON - PANDALUS BOREALIS)

Tonn, isfar

(THUNNUS ALBACARES)

Gambli Penaeus

(PENAEUS VANNAMEI - PENAEUS BRASILIENSIS - PENAEUS MONODON)

Trout

(ONCORHYNCHUS MYKISS)

 

Din it-taqsima fiha links utli għas-servizzi u l-inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea fis-sajd u l-akkwakultura. Dawn il-links jipprovdu wkoll dejta u informazzjoni dwar il-politiki tal-UE fis-settur tal-FAP.

 
Affarijiet Marittimi u Sajd

Dan is-sit web dwar l-affarijiet marittimi u s-sajd huwa ġestit mill-Kummissjoni Ewropea (id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd). Huwa jipprovdi lill-pubbliku, lill-partijiet interessati u lill-ġurnalisti informazzjoni rilevanti, ċara u aġġornata dwar l-affarijiet marittimi u l-politika tas-sajd tal-UE.

https://ec.europa.eu/info/departments/maritime-affairs-and-fisheries_en

 

In-Netwerk Ewropew ta’ Żoni tas-Sajd(FARNET)

In-Netwerk Ewropew ta’ Żoni tas-Sajd (FARNET) jiġbor flimkien l-oqsma kollha tas-sajd appoġġjati mill-Assi prijoritarju 4 tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/cms/farnet/

 
Atlas Ewropew tal-Ibħra

L-Atlas Ewropew tal-Ibħra huwa mod faċli u divertenti kif il-professjonisti, l-istudenti u kull min hu interessat jitgħallmu aktar dwar l-ibħra u l-kosti Ewropej, l-ambjent tagħhom, l-attivitajiet tal-bniedem relatati u l-politiki Ewropej.

https://ec.europa.eu/maritimeaffairs/atlas_en

 
Forum Marittimu

Il-Forum Marittimu għandu l-għan li jtejjeb il-komunikazzjoni fost il-partijiet interessati tal-politika marittima tal-UE. Dan jippermetti lill-partijiet interessati fil-politika marittima tal-UE jikkomunikaw fuq pjattaforma komuni.  

https://webgate.ec.europa.eu/maritimeforum/

 

Inizjattiva tal- European Comission Logo
Avviż Legali & Politika dwar il-Privatezza - Politika dwar il-Cookies - Ikkuntattjana - Mappa tas-sit
l-Aħħar aġġornament: 22/03/2023