Avviż legali u Politika dwar il-privatezza
L-informazzjoni fuq dan is-sit hija soġġetta għal ċaħda tar-responsabilità, avviż ta' dritt tal-awtur u regoli relatati mal-protezzjoni ta' dejta personali. 

Ċaħda tar-responsabilità

Il-mira tal-EUMOFA hija li jżomm din l-informazzjoni fil-ħin u preċiża. Jekk jinġiebu żbalji għall-attenzjoni tagħna, nippruvaw nikkoreġuhom. 
Dan it-tagħrif:

  • huwa ta’ natura ġenerali biss u mhuwiex intiż biex jindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kwalunkwe individwu jew entità partikolari;
  • mhuwiex bilfors komprensiv, sħiħ, preċiż jew aġġornat; 
  • xi kultant huwa relatat ma' siti esterni li s-servizzi ta' EUMOFA ma għandhom ebda kontroll fuqhom u li għalihom, l-EUMOFA ma jassumi ebda responsabilità; 
  • mhuwiex parir legali jew professjonali (jekk int teħtieġ parir speċifiku, int għandek dejjem tikkonsulta professjonista bi kwalifiki xierqa). 

Hija l-mira tagħna li nnaqqsu l-intoppi kkawżati minn żbalji tekniċi. Madankollu, xi dejta jew informazzjoni fuq is-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f'fajls jew f'formats li mhumiex ħielsa minn żbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew affettwat mod ieħor b'tali problemi. L-EUMOFA ma jaċċetta ebda responsabilità fir-rigward ta' problemi bħal dawn li jiġġarrbu b'riżultat tal-użu ta' dan is-sit jew ta' siti esterni llinkjati oħrajn. 
Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà ta’ EUMOFA fi ksur ta’ kwalunkwe rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas biex teskludi r-responsabbiltà tiegħu f’materji li ma jistgħux jiġu esklużi taħt dik il-liġi. 

Avviż ta' Dritt tal-Awtur

Il-politika dwar l-użu mill-ġdid tal-Kummissjoni hi implimentata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali tad-drittijiet tal-awtur), il-kontenut li jappartieni lill-UE fuq dan is-sit web hu liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid hu permess, sakemm jingħata kreditu xieraq u jiġu indikati t-tibdiliet.
Tista’ tkun meħtieġ li tiċċara drittijiet addizzjonali jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli jew jinkludi xogħlijiet ta’ partijiet terzi. Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li mhux proprjetà tal-UE, jista’ jkollok bżonn titlob permess direttament mid-detenturi tad-drittijiet.  

Protezzjoni tad-dejta personali

L-EUMOFA huwa impenjat li jipproteġi d-dejta personali tal-utenti fil-provvista ta’ servizzi li jikkontribwixxu għall-obbligi tal-Kummissjoni Ewropea f’termini ta’ intelliġenza dwar is-suq skont id-definizzjoni fl-Art. 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013. Fuq din il-bażi, l-EUMOFA huwa mfassal biex jiġbor u jqassam informazzjoni lill-utenti.

L-ipproċessar ta’ dejta personali għall-EUMOFA jitwettaq taħt il-kontroll tal-Unità A4 tad-DĠ MARE tal-Kummissjoni Ewropea, li jaġixxi bħala kontrollur skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Il-politika dwar il-“protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali” hija konformi mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Każijiet fejn tista’ tipprovdi dejta personali u t-tip ta’ dejta mitluba

M’hemmx għalfejn tkun irreġistrat biex tuża s-sit web tal-EUMOFA. Tista’ żżuru, tniżżel dejta u rapporti mingħajr ma tagħti ebda informazzjoni dwarek.

Madankollu, f’xi każijiet, l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni hija meħtieġa biex tirċievi  s-servizzi li ġejjin:

  • Bullettini: L-EUMOFA jibgħat bullettin perjodiku li fiha jiġi promoss ir-rilaxx tal-pubblikazzjonijiet tal-EUMOFA, jew għall-komunikazzjoni ta’ innovazzjonijiet maħruġa fis-sit web tal-EUMOFA. Biex tirċievi l-bullettin, trid tipprovdi din l-informazzjoni:
    • Indirizz tal-posta elettronika (obbligatorju)
    • Isem u kunjom (mhux obbligatorju)
    • Organizzazzjoni (mhux obbligatorju)
  • Issejvjar ta’ domandi: domandi ad-hoc jistgħu jiġu ssejvjati għal użu fil-futur jekk l-utenti jkunu illoggjati. Jista’ jinħoloq kont fl-EUMOFA li jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
  • Isem (obbligatorju)
  • It-tieni isem (mhux obbligatorju)
  • Kunjom (mhux obbligatorju)
  • Indirizz tal-posta elettronika (obbligatorju)
  • Password (darbtejn), kriptata.
  • Stħarriġ onlajn:  L-EUMOFA perjodikament iwettaq stħarriġ onlajn biex jiġbor reazzjonijiet mingħand l-utenti dwar suġġetti differenti (eż. l-użu tas-sit web, ittestjar ta’ titjib ġdid, eċċ.). Kull stħarriġ imwettaq mill-EUMOFA huwa anonimu, u informazzjoni ġenerika biss hija mitluba (eż. tip ta’ attur, tip ta’ organizzazzjoni, eċċ.).
  • Korrispondenza elettronika: f’każ li l-kuntatt mal-EUMOFA jsir permezz ta’ e-mail (pereżempju biex tirċievi appoġġ), l-indirizz tal-e-mail u kwalunkwe dejta personali pprovduta jinżammu bil-għan li tingħata risposta għal domandi u mhux se tintuża għal xi skop ieħor mingħajr kunsens minn qabel.  

Informazzjoni oħra miġbura

Is-sit web tal-EUMOFA jista’ awtomatikament jiġbor informazzjoni meta tibbrawżja, bħall-Fornitur ta’ Servizz tal-Internet, it-tip u l-verżjoni tal-brawżer, is-sistema operattiva u t-tip ta’ apparat, il-ħin medju li tagħmel fuq is-sit, il-paġni li rajt, l-informazzjoni aċċessata, l-indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP) użat biex tqabbad il-kompjuter tiegħek mal-Internet u statistika oħra. Din id-dejta tinġabar biex tanalizza u ttejjeb l-esperjenza ġenerali fuq is-sit web. Se ssib iktar informazzjoni dwar din l-istatistika u dwar l-użu relatat fil-paġna  tal-Politika dwar il-Cookies  

Min ikollu aċċess għall-informazzjoni tiegħek u lil min tiġi żvelata

Id-dejta personali tintuża biss biex tipprovdi s-servizzi msemmija hawn fuq u biex tipproduċi statistika dwar l-użu tal-EUMOFA.

Id-dejta ma tiġix ipprovduta lil partijiet barra l-qafas tal-EUMOFA, il-Kummissjoni Ewropea - id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE) u l-kuntrattur tal-EUMOFA.

Kif nipproteġu l-informazzjoni tiegħek

Id-dejta personali miġbura tinħażen fuq is-servers tal-kuntratturi tal-EUMOFA, li persunal u kuntratturi partikolari biss ikollhom aċċess għaliha permezz ta’ password sigura. Din id-dejta tista’ tintbagħat ukoll permezz ta’ e-mail lill-espert tal-EUMOFA li huwa responsabbli biex iwieġeb il-mistoqsija.

Fi kwalunkwe każ, hemm garanzija tal-protezzjoni tad-dejta u l-kunfidenzjalità meħtieġa mir-Regolament imsemmi hawn fuq.

Dritt għal aċċess u rettifika, tħassir u oġġezzjoni

L-utenti rreġistrati għandhom id-dritt li jitolbu kopja tad-dettalji personali tagħhom fi kwalunkwe ħin biex jivverifikaw l-eżattezza tal-informazzjoni miżmuma u/jew biex jikkoreġu jew jaġġornaw din l-informazzjoni. L-utenti jistgħu, ukoll, jitolbu li l-informazzjoni personali tagħhom titħassar kompletament.

Fi kwalunkwe każ, jekk jogħġbok ibgħatilna e-mail fuq contact-us@eumofa.eu bit-talba tiegħek, u aħna nirrispondu u nagħmlu dak li tixtieq. Tista’ wkoll tikkuntattja lill-kontrollur tad-dejta fuq: MARE-A4@ec.europa.eu.

Is-suġġett tad-dejta jkollu l-opportunità, fi kwalunkwe ħin, li jħassar is-sottoskrizzjoni tiegħu mill-bullettin personalment - tiġi pprovduta link ma’ kull bullettin biex jagħmel dan.

Kemm indumu nżommu d-dejta tiegħek

Id-dejta personali tiegħek tinżamm sakemm ikunu meħtieġa azzjonijiet ta’ segwitu marbutin mal-għanijiet imsemmija hawn fuq (jiġifieri biex nibgħatulek bulletini, jiġu ssejvjati d-domandi, isir stħarriġ online u nirrispondu l-emails tiegħek f’każ li tikkuntattja lill-EUMOFA) u mhux iktar tard minn xahar wara l-għeluq possibbli tal-EUMOFA.

Aġġornamenti għall-Politika tal-Privatezza

L-EUMOFA jista’ jaġġorna din id-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza u jinfurmak dwar l-aġġornamenti.

Operatur tas-sit web u kontrollur tad-dejta

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tal-indirizz elettroniku tiegħek u d-dejta personali relatata, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil: contact-us@eumofa.eu u/jew lill-kontrollur tad-dejta għall-EUMOFA fid-DĠ MARE tal-Kummissjoni Ewropea fuq MARE-A4@ec.europa.eu.

Tista’ wkoll tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea: DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu

Rikors

F’każ ta’ kunflitt, l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data:

edps@edps.europa.eu 

Links għal siti web ta’ partijiet terzi

L-EUMOFA jipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li aħna m’għandniex kontroll fuqhom, ninkoraġġuk tirrevedi l-politiki tal-privatezza tagħhom.

Widgets tal-midja soċjali

Is-sit web tal-EUMOFA jista’ jinkludi Karatteristiċi tal-Midja Soċjali, bħall-buttuna “Like” fuq Facebook u Widgets, bħall-buttuna “Share this”. Dawn il-Karatteristiċi tal-Midja Soċjali jistgħu jiġbru l-indirizz IP tiegħek, liema paġna qed iżżur fuq is-sit tal-EUMOFA, u jistgħu jissettjaw cookie biex din il-Karatteristika tkun tista’ taħdem sew. Il-Karatteristiċi u l-Widgets tal-Midja Soċjali huma ospitati minn sit ta’ parti terza. L-interazzjonijiet tiegħek ma’ dawn il-Karatteristiċi huma rregolati mill-politika tal-privatezza tal-kumpanija li tipprovdiha.