Data and Queries
Deskrizzjoni, Organizzazzjoni ta' dejta, Mistoqsijiet predefiniti, Mistoqsijiet ad hoc
Id-dejta tinġabar minn istituzzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri tal-UE, in-Norveġja u l-Iżlanda, u fornituri tad-dejta privati. Isiru kontrolli regolari sabiex tiġi mmonitorjata l-kwalità u l-affidabbiltà tad-dejta fl-istadji ta' ġbir, analiżi u tixrid.
Sabiex jiġu analizzati u mmonitorjati t-tendenzi tas-suq, id-dejta hija armonizzata fi 12-il grupp ta' komodità u 97 speċi kummerċjali ewlenija, li huma magħżulin abbażi tas-sinifikat tagħhom f'termini tal-ewwel bejgħ u l-importanza tagħhom għan-negozju tal-UE.
Id-dejta hija armonizzata wkoll f'4 stati ta' preżentazzjoni (sħiħ; maqtugħ; prodott sekondarju; mhux speċifikat) u 5 ta' preservazzjoni (frisk; friżat; imixxef-immellaħ-imdaħħan; ippreparat-ippreservat; mhux speċifikat).
Id-dejta fid-database tal-EUMOFA hija organizzata fi tliet taqsimiet:
Id-dejta hija aċċessibbli permezz ta' żewġ tipi ta' mistoqsijiet:
Mistoqsijiet predefiniti li fihom għażliet magħżulin minn qabel sabiex ir-rapporti jsiru malajr bħala riżultat tal-mistoqsija. Mistoqsijiet predefiniti jistgħu jinstabu għal dejta tal-ġimgħa, tax-xahar u tas-sena.
Mistoqsijiet ad hoc huma ddefiniti individwalment sabiex jagħtu dejta speċifika li tista' tiġi ffiltrata għall-ħtiġijiet tiegħek. Mistoqsijiet ad hoc jistgħu jinstabu wkoll għal dejta tal-ġimgħa, tax-xahar u tas-sena.