Is-servizzi pprovduti
Bażi ta’ dejta kkonsolidata b’dejta aggregata u armonizzata u netwerk kbir ta’ esperti fis-sajd u l-akkwakultura tirrappreżenta ċ-ċentru tas-servizzi tal-intelliġenza tas-suq. Id-dejta hija armonizzata f’108 Speċijiet kummerċjali ewlenin u 12-il Grupp ta’ komodità disponibbli mill-ewwel bejgħ sal-konsum fuq bażi ta’ kull ġimgħa, kull xahar u kull sena, f’sit web wieħed u bl-24 lingwi uffiċjali kollha tal-EU. Xi dejta tista’ tiġi estiża wkoll f’livell aktar diżaggregat jew permezz ta’ faċilità ta’ tniżżil fi kwantitajiet kbar.
Id-dejta hija aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr reġistrazzjoni.
Il-perkors sa issa u żviluppi futuri

Il-proċess tal-iżvilupp u l-outputs kollha huma bbażati fuq l-għan ġenerali tal-EUMOFA, li huwa li jaipprovdi dejta u informazzjoni affidabbli konsistenti u utli dwar is-suq tal-UE għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.
Mill-fażi tal-ittestjar, l-EUMOFA estenda b'mod progressiv is-servizzi tiegħu bil-għan li:
- iżid il-kopertura tal-katina tal-provvista u n-numru ta’ pajjiżi involuti fis-sistema tal-ġbir tad-dejta;
- itejjeb l-istrumenti ta’ tixrid, filwaqt li jipprovdi wkoll xejriet u prospetti tas-suq;
- janalizza l-kuntest internazzjonali u l-flussi tal-kummerċ.
Mill-2016, intuża metodu interattiv b’tutorials fuq vidjow u strumenti oħra biex jappoġġjaw lill-utenti jieħdu dejta mill-bażi ta’ dejta.
Min aħna
L-EUMOFA huwa inizjattiva tal-Kummissjoni tal-UE - Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE).
Tim internazzjonali ta’ esperti u analisti tas-sajd u l-akwakultura jimmonitorja s-suq tal-UE minn jum għal jum. It-tim tal-EUMOFA jiċċekkja d-dejta miġbura u jinterpretaha permezz tal-punti ta’ kuntatt multipli tiegħu fil-pajjiżi differenti tal-UE.
Il-Kumitat tal-Editjar, magħmul minn uffiċjali tal-politika tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentanti tat-tim tal-EUMOFA, jiddefinixxi l-linja editorjali u jissorvelja l-pubblikazzjonijiet kollha.
Is-servizzi tal-EUMOFA huma ġestiti minn grupp ta’ kumpaniji mmexxija minn COGEA (l-Italja), taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni Ewropea, fi sħubija ma’:
- AND (Franza),
- EUROFISH (id-Danimarka),
- KONTALI ANALYSE (in-Norveġja),
- Business Integration Partners (l-Italja).
L-opinjoni u l-konklużjonijiet ippreżentati fil-pubblikazzjonijiet kollha jirriflettu l-opinjoni tal-awtur(i) u ma jirriflettux neċessarjament l-opinjoni tal-Kummissjoni tal-UE jew tal-uffiċjali tagħha.